raġuni 109
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(109) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità superviżorja la għandha tipprevjeni l-kontrolluri jew il-proċessuri milli jinkludu l-klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data f'kuntratt usa', bħal kuntratt bejn il-proċessur u proċessur ieħor, u lanqas ma għandha tipprevjenihom milli jżidu klawżoli oħrajn jew salvagwardji addizzjonali sakemm ma jikkontradixxux, b'mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità superviżorja jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data. Il-kontrolluri u l-proċessuri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu salvagwardji addizzjonali permezz ta' impenji kuntrattwali li jissupplimentaw il-klawżoli ta' protezzjoni standard.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!