THE CHAPTERS 6 und 7 ARE RELEVANT FOR THE AUTHORITIES (Articles 51-76)


Artikolu 75
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
"Segretarjat"


=> raġuni: 140
1. Il-Bord għandu jkollu segretarjat, li jiġi pprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!



2. Is-segretarjat għandu jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.
3. Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal linji ta' rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti fuq il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
4. Fejn xieraq, il-Bord u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw Memorandum ta' Qbil li jimplimenta dan l-Artikolu, jiddetermina t-termini tal-kooperazzjoni tagħhom, u applikabbli għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament.
5. Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord.
6. Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b'mod partikolari:
(a) għax-xogħol ta' kuljum tal-Bord;
(b) għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord, il-President tiegħu u l-Kummissjoni;
(c) għall-komunikazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra u mal-pubbliku;
(d) għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna;
(e) għat-traduzzjoni ta' informazzjoni rilevanti;
(f) għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord;
(g) għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta' opinjonijiet u deċiżjonijiet dwar is-soluzzjoni ta' tilwim bejn awtoritajiet superviżorji u testi oħra adottati mill-Bord.