Artikolu 34
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
"Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data"


=> Artikolu: 4
=> raġuni: 75, 86, 87, 88
=> administrative fine: Art. 83 (4) lit a
1. Meta l-ksur ta' data personali probabbilment ikun ser jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi l-kontrollur għandu jikkomunika l-ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.
=> raġuni: 75

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!



2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiddeskrivi b'lingwaġġ ċar u sempliċi n-natura tal-ksur ta' data personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u l-miżuri imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 33(3).
3. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun sodisfatta:
(a) il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta' protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, u dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali affettwata mill-ksur ta' data personali, b'mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha, bħall-kriptaġġ;
(b) il-kontrollur ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 mhux probabbli li jimmaterjalizza;
(c) tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. F'każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b'mod għaldaqstant effettiv.
4. Jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, l-awtorità superviżorja, wara li tkun ikkunsidrat il-probabbiltà li l-ksur tad-data personali li jirriżulta f'riskju għoli, tista' titolbu jagħmel dan jew tista' tiddeċiedi li xi kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ikunu sodisfatti.