|
Artikolu 11 UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data "Ipproċessar li ma jeħtieġx identifikazzjoni"
=> raġuni: 57, 64 => administrative fine: Art. 83 (4) lit a |
|
1. Jekk il-finijiet li għalihom il-kontrollur jipproċessa data personali ma jeħtiġux jew ma għadhomx jeħtieġu l-identifikazzjoni ta' suġġett tad-data mill-kontrollur, il-kontrollur ma għandux ikun obbligat li jżomm, jikseb jew jipproċessa informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-data għall-unika raġuni li jikkonforma ma' dan ir-Regolament.
|
|
NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here! |
2. Fejn, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kontrollur ikun jista' juri li mhuwiex f'pożizzjoni li jidentifika s-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data b'dan, jekk possibbli. F'tali każijiet, l-Artikoli 15 sa 20 ma japplikawx għajr fejn is-suġġett tad-data, għall-fini li jeżerċita d-drittijiet tiegħu taħt dawk l-Artikoli, jipprovdi informazzjoni addizzjonali li tippermetti li huwa jiġi identifikat.
|